Infetħet investigazzjoni ta’ frodi marbuta ma’ ħalib impurtat minn Malta. Iżda l-kumpanija Benna qed tagħmilha ċara li fl-ebda ħin ma sar kuntatt magħha mill-awtoritajiet dwar din il-materja.
L-akkuża hi li kien hemm xejn anqas minn 3 miljun litru ta’ ħalib li inbiegħu illegalment fis-suq ta’ Sqallija biex isir il-ġobon – daqs li kieku kien Made in Italy.
Kien uffiċjali f’Ragusa li skoprew b’din il-frodi li kienet għaddejja fil-bejgħ tal-ħalib.
Ir-rapport qed jindikaw li din il-frodi seħħet bejn l-2024 u din is-sena.
Il-Benna qed tinsisti li għalkemm il-media Taljan qed issemmi ħalib Malti, ma tinsab f’pożizzjoni li tikkonferma l-verità jew il-kuntest ta’ dak li qed ikun allegat. Il-kumpanija Maltija spjegat ukoll li hi ilha snin twal tesporta ħalib lejn swieq internazzjonali, iżda imbgħad ir-responsabbiltà aħħarija taqa’ f’idejn min jixtri.
//= $special ?>