Lokali

IL-LIĠIJIET TAL-IPPJANAR: Lanqas il-President tal-Labour mhu jaqbel mal-Labour

Anke l-President tal-Labour Alex Sciberras ħareġ kontra l-liġijiet tal-ippjanar li qed jimbotta l-Gvern Laburista.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali, Sciberras appella biex ir-riforma proposta fil-liġijiet tal-ippjanar tkun ibbażata fuq proċess inklussiv li jisma’ mhux biss lill-iżviluppaturi imma wkoll lin-nies komuni, komunitajiet u kunsilli lokali. Sciberras wissa kif hu qed jitkellem dwar l-identità tal-pajjiż.

Il-President tal-Labour qal li hemm bżonn evidenti ta’ riforma fil-qasam tal-ippjanar, iżda dan għandu jsir b’serjetà u b’proċess miftuħ.

Hu wissa wkoll kif f’dawn ir-riformi li tressqu b’għaġla fil-Parlament “m’aħniex qed nitkellmu biss fuq permessi u tibdil – imma fuq l-irħula tagħna, l-ambjent tagħna, u l-wiċċ ta’ pajjiżna li jagħtina identità.”