Futbol Sport

Illum tiġi fi tmiemha l-EURO 2025 fl-Iżvizzera

Illum f’Basel l-Iżvizzera tintlagħab il-finali tal-UEFA EURO 2025 bejn l-Ingilterra u Spanja. Iż-żewġ timijiet huma ġganti fil-futbol tan-nisa hekk kif din se tkun ukoll ripetizzjoni tal-finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ sentejn ilu meta dakinhar kienu Spanja li ħarġu rebbieħa.

It-triq għall-finali għaż-żewġ nazzjonijiet kienet kemxejn differenti. Spanja kellhom triq fuq il-karta pjuttost diffiċli fejn saħansitra rnexxielhom jeliminaw lill-Iżvizzera u anke lit-tmien darbiet champions il-Ġermanja. Minn naħa l-oħra l-Ingilterra fiż-żewġ partiti tagħhom sabuha diffiċli hekk kif kellhom jirkupraw minn gowl żvantaġġ kemm kontra l-Iżvezja u anke kontra l-Italja.

Fuq il-karta tidher li se tkun finali bilanċjata ferm hekk, bil-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż se tkun qed tmexxi l-ħames finali konsekuttiva tagħha. Spanja minn naħa l-oħra għandhom bosta plejers ta’ talent fosthom Patri Guijarro u Aitana Bonmati.