Is-sħana irrankat sew, it-tempertauri għolew ġmielhom u s-sitwazzjoni fil-ħabs għadha l-istess – bil-priġunieri li tkellmu ma’ Net News jispegaw li qed jgħixu f’ambjent inuman.
Din hija l-istess sitwazzjoni li tkellem fuqha r-rapport li sar mill-Kunsill tal-Ewropa, li jsemmi trattament inuman lejn il-priġunieri f’Division 6. U dan kien konfermat lil Net News mill-priġunieri nfushom.
PRIĠUNIER DIVISION 6 : Daħluni fis-six, dik is-sħana, mingħajr fan mingħajr xejn, u hawn ħafna tbatija hawnhekk. Hawnhekk jippruvaw ibeżżgħawk, jagħlqulek il-bieb u t-tieqa, u l-bieb jagħlquħ bil-katnazz lanqas nifs ma jħallulek.
PRIGUNIER DIVISION 6 Il-bieb magħluq u hemm is-sħana, u l-bieb magħluq fis-six, iġifieri hemm il-ġrieden, wirdien jiġri mal-ħajt, wirdien jiġri waqt li jien rieqed, il-ħin kollu tiela’ mal-ħajt u jtir fl-arja. Ħafna sħana, u għax għidtlu ixgħalli d-dawl għamili rapport.
PRIĠUNIER BLA FAN U qed inħossni ħażin għax sħana bħal din bla fan, bla xejn xejn, ma nafx x’ħa naqbad nagħmel.
Mhux hekk biss, iżda priġunier partikolari li tkellem ma’ dan l-istazzjon spjega li hu suppost li jiddaħħal fi programm ta’ riabilitazzjoni. Iżda minflok spiċċa f’ambjent li fi klimkhom stess iwasslek f’post mentali verament ħazin.
PRIĠUNIER DIVISION 6 Għandi dritt nidħol il-programm, u tliet snin progression u ma bagħtunix il-programm.
PRIĠUNIER DIVISION 6: Hawnhekk hawn min jippruva jitlgħallaq, u hawn priġunieri li ma nafu fuqhom xejn u jien qed nibża’ li nispiċċa bħalhom.
Fl-aħħar jiem, dwar is-sħana fil-ħabs, tkellem ukoll il-Professur Andrew Azzopardi li staqsa diversi domandi; fosthom jekk il-priġunieri hux se jingħataw ilma kiesaħ, frott jew jelly matul illejl biex tiġi evitata d-dehydration.
Net News jista’ jikkonferma li dan mhux il-każ hekk kif priġunier minnhom spjega kif lanqas biss jipprovdulhom l-ilma biex jixorbu anzi jgħidulhom biex jixorbu mill-vit.
PRIĠUNIER DIVISION 6 Għidtlu għall-ilma, għax ma kellix ilma fiċ-ċella, qalli le ma nistax intik ilma, qalli għandek il-flus missek tlabt għall-ilma, jew ixrob mill-vit. Għidtlu x’iġifieri nixrob mill-vit? Mhux iġibli kaxxa ilma? Qalli le ixrob mill-vit.
L-istess sorsi qalulna wkoll li din is-sitwazzjoni qed tmiss anke lil persuna li għandha poblemi f’qalbha.
//= $special ?>