Numru ta’ persuni ġew salvati minn uffiċjali tar-Red Cross, wara li sabu wrieħhom f’diffikulta wara li niżlu jgħumu fil-bajja tal-Ġnejna u Golden Bay.
Sadanittant, fuq il-media soċjali tagħhom, il-Malta Red Cross appellat biex il-pubbliku jevita milli jgħum f’ċertu bajjiet minħabba l-kundizzjoni tat-temp, u riħ qawwi li kompla jżied mal-ħin.
Fl-istess post fuq Facebook, ħarġet twissija lill-pubbliku sabiex in-nies jevitaw il-bajjiet tal-Ġnejna, Għajn Tuffieħa, u Golden Bay kollha għandhom bandiera ħamra.
