Ir-rigal tas-sajf minn Robert Abela. Liġijiet b’għaġla. Pastażata. Free for all fil kostruzzjoni. Riforma li permezz tagħha min iħallas se jżomm l-illegalitajiet fil-bini.
Dawn huma biss ftit mir-reazzjonijiet iebsin li kien hemm fil-gazzetti tal-Ħadd wara li l-Gvern beda manuvra sabiex jimplimenta bidliet fundamentali fis-sistema tal-ippjanar ta pajjiżna; li jekk jiġu approvati jistgħu jħallu konsegwenzi traġiċi fuq l-ambjent u fuq il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll.
Kritika wkoll mill-qalba tal-Labour. B’attivisti bħal Jeremy Camilleri u oħrajn jgħidu li l-Gvern tagħhom nesa liż-żgħir.
Fuq il-media soċjali, Jeremy Camilleri faħħar ukoll il-pożizzjoni li ħa l-PN dwar dawn l-iżviluppi li seħħew fl-aħħar jiem.
Intant, diversi attivisti ambjentali, fosthom Andre Callus u Ingram Bondin, tkellmu b’saħħa kontra din il-mossa ta’ Robert Abela.
Kien fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa meta ġew ippreżentati fil-Parlament dawn iż-żewġ abbozzi ta’ liġi mingħajr l-iċken forma ta’ konsultazzjoni pubblika. L-għaqdiet ambjentali, il-professjonisti, il-kunsilli lokali, il-komunitajiet u l-pubbliku inġenerali….kollha tħallew barra mill-Gvern.
L-MDA minn naħa tagħha tkellmet favur dawn ir-riformi, filwaqt li għaqdiet bħal Flimkien għal Ambjent Aħjar u l-ngo Għawdix tkellmu b’saħħa kontra din il-mossa tal-Gvern. U sejħula waħda anti-demokratika.
//= $special ?>