Oscar Piastri kabbar il-vantaġġ tiegħu f’ras il-klassifika proviżorja tas-sewwieqa tal-Formula 1, meta rebaħ il-Grand Prix tal-Belġju u kompla jkabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika tas-sewwieqa individwali, kif ukoll kompla jagħti l-punti lil McLaren fil-klassifika tal-Kostrutturi
F’tellieqa li kienet ikkarateriżżata mil-maltemp, tant li bdiet aktar minn siegħa tard minħabba nuqqas ta’ viżibiltá tajba għas-sewwieqa, Piastri daħal qabel il-kollega tiegħu tal-McLaren, Lando Norris. Dan tal-aħħar temm fit-tieni post.
Il-Ferrari, permezz tas-sewwieq Charles Leclerc, rebħu post fuq il-podium meta dan temm it-tielet fit-tellieqa. Iċ-champion tad-dinja, Max Verstappen fuq Red Bull daħal ir-raba’ wieħed; madwar 13-il sekonda qabel George Russell fuq Mercedes li kklassifika fil-ħames post.
L-ewwel erbgħa postijiet tat-tellieqa huma identiċi għall-postijiet miksubu waqt il-kwalifikazzjoni.
Fis-sitt post temm it-tellieqa is-sewwieq tal-Williams, it-Tajlandiz-Brittaniku, Alexander Albon.
//= $special ?>