Raġel kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara inċident serju bil-mutur fi Triq il-Marina tal-Pietà.
Skont informazzjoni li għandha din il-kamra tal-aħbarijiet jidher li dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30pm.
Sorsi spjegawlna, li għal xi raġuni l-mutur tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu, ħabat mal-bankina, tkaxkar u tgħaqqad fix-xibka tal-kostruzzjoni.
Is-sewwieq tal-mutur jidher li qed isofri minn ġrieħi serji. Dan filwaqt li nħatret inkjesta Maġisterjali.
Crew ta’ NetNews jinsab fil-post. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>