Raġel kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident li seħħ f’Tas-Sliema bejn karozza u mutur.
Kien għall-ħabta tal-11:45 meta seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 71 sena u mutur misjuq minn raġel ta’ 34 sena., it-tnejn residenti Tas-Sliema stess.
Minnufieh isejjħu ambulanza u tim mediku fil-post sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Ix-xufier tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi filwaqt li l-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhux magħrufa.