It-tim tal-Waterpolo femminili ta’ Sirens għal darb’oħra ġew inkurunati bħala champions tal-Kampjonat BOV għall-ħames darba konsekuttiva. Din l-edizzjoni tal-Kampjonat BOV hija taċ-Ċentinarju tal-Aquatic Sports Association of Malta.
Sirens irnexxielhom jiksbu dan l-unur permezz ta’ miraklu fl-aħħar ġimgħa tal-istaġun meta kienu jinsabu 4 punti inqas minn Sliema. Dan il-miraklu seħħ permezz ta’ rimonta impressjonanti kontra r-rivali tagħhom Sliema. Sirens kienu jinsabu 9-5 inn taħt fit-tielet sessjoni, pero wrew resiljenza u determinazzjoni u rnexxielhom idawru l-iskor għal rebħa ta’ 10-9, b’Sirens jiġu nkurunati champions u jżommu t-titlu għall-ħames sena konsekuttiva.
Sirens komplew l-istorja tal-ħolm tagħhom meta temmew il-ġimgħa b’rebħa drammatika oħra, din id-darba kontra San Ġiljan. Il-Ġiljaniżi bdew b’saħħithom fejn saħansitra ħadu l-vantaġġ kmieni bl-iskor ta’ 2-1 u żammew l-vantaġġ sat-tielet sessjoni tal-logħba, fejn eventwalment Sirens jillivelaw għall-iskor ta’ 7-7. Sirens imorru fil-vantaġġ permezz ta’ żewġ gowls ta’ Kendra Navarro. Profokieva ta’ San Giljan naqqset id-distakk għal 9-8 b’Margarita Plevritoua tiskorja l-aħħar gowl tat-tielet sessjoni għal Sirens biex għalqu l-iskor 10-8.
Gowls minn Plevritou u Martha Perici Ferrante kabbru l-vantaġġ ta’ Sirens fir-raba’ sessjoni b’Elena Borg tiġbed gowl lura għal San Giljan biex tagħmel l-iskor 12-9. Kendra Navarro reġgħet tat lil Sirens vantaġġ ta’ 4 gowls meta kien fadal 3:23 fuq l-arloġġ. Sirens ikkontrollaw il-logħba u ssiġillaw il-kampjonat fil-100 Anniversarju tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akkwatiku ta’ Malta. Huma fit-triq it-tajba biex jirbħu l-unuri domestiċi kollha dan l-istaġun wara li diġà rebħu l-kampjonat BOV tax-Xitwa aktar kmieni din is-sena u se jiffaċċjaw lil San Giljan fil-finali tal-Kompetizzjoni BOV knockout kmieni l-ġimgħa d-dieħla. Ir-rebħa tal-kampjonat ġiet iċċelebrata bi stil, b’Charles Azzopardi, Kap tas-CSR fil-Bank of Valletta, u Karl Izzo, President tal-ASA u Caroline Schiavone, ko-ordinatriċi tal-Water Polo tan-Nisa ppreżentaw trofew kommemorattiv uniku liċ-ċampjins ġodda inkurunati. Ikkummissjonat mill-Bank of Valletta biex jimmarka ċ-ċentenarju tal-ASA, it-trofew issa se jieħu post ta’ unur mad-diversi trofej oħra ta’ Sirens
//= $special ?>