Żewġ żgħażagħ ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li ħabtu fi Triq l-Imdina f’Birkirkara, għall-ħabta tas-5:45 ta’ dalgħodu.
Żagħżugħ ta’ 20 u ieħor ta’ 19-il sena, ttieħdu l-Isptar wara li ż-żagħżugħ ta’ 20 sena tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u ħabat mal-bankina tat-triq.
Fil-post isejjħu tim mediku u ambulanza li ħadu liż-żgħażagħ l-Isptar għal aktar kura. Il-kundizzjonijiet taż-żgħażagħ li huma t-tnejn residenti l-Imtarfa għadha mhux magħrufa.
Attwalment, uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fil-post sabiex jeliminaw il-periklu fit-triq.

Il-kareġġjata direzzjoni lejn Ħ’Attard tinsab magħluqa għat-traffiku.
