Hemm 182 anzjani fuq il-lista ta’ stennija li qed jistennew li jiġu assenjati s-servizz ta’ Home Help.
Din il-lista ta’ stennija kkonfermaha l-Ministru għas-Saħħa u l-Azjanità Attiva Jo Etienne Abela fil-Parlament meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus.
L-istennija tvarja, qal il-Ministru, li kompla li jkun hemm bosta raġunijiet għal dan, fosthom anzjani jkunu jixtiequ ġranet jew ħinijiet partikolari għas-servizz; persuna tkun toqgħod f’limiti ta’ villaġġ u jkollhom bżonn helper bil-karozza; il-klijenti speċifikament jitolbu helper raġel jew mara. Dawn iċ-ċirkostanzi kollha jinfluwenzaw il-perjodu taż-żmien ta’ stennija.
//= $special ?>