Matul Awwissu, Għawdex se jimtela bil-kulur, il-kreattività u l-espressjoni kulturali hekk kif sejkun ippreżentat il-Gozo Ceramics Festival 2025. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun ċelebrazzjoni f’żewġ partijiet li tqiegħed l-arti ċeramika fiċ-ċentru tal-attenzjoni, billi tesibixxi kemm tekniki tradizzjonali kif ukoll approċċi innovattivi.
Il-programm, li se jittella’ mill-Alka Ceramics Ltd, il-Ministeru għal Għawdex, id-Direttorat Kulturali ta’ Għawdex u l-Kunsill Lokali ta’ Munxar, jibda l-Ġimgħa, 1 ta’ Awwissu fit-8 ta’ filgħaxija bl-inawgurazzjoni tal-Wirja taċ-Ċeramika f’Għawdex fiċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċittadella, fir-Rabat. Din il-wirja kkurata tinkludi xogħlijiet ta’ aktar minn 30 artist, fosthom bosta talenti żgħażagħ emerġenti. Il-viżitaturi jkunu jistgħu jesploraw id-diversi espressjonijiet ta’ arti ċeramika matul ix-xahar kollu ta’ Awwissu, peress li l-wirja tibqa’ miftuħa għall-pubbliku għal xahar sħiħ.
Is-Sibt, 2 ta’ Awwissu, l-attenzjoni titmexxa lejn il-Bajja tax-Xlendi għat-12-il edizzjoni annwali tal-Gozo Ceramics Festival. Dan l-avveniment fil-miftuħ, li jsir bejn is-6: ta’ filgħaxija u l-11 ta’ bil-lejl, jiġbor flimkien aktar minn 40 artist taċ-ċeramika li se jinteraġixxu mal-pubbliku permezz ta’ dimostrazzjonijiet ħajjin u attivitajiet interattivi. Viżitaturi ta’ kull età se jkollhom l-opportunità li jippruvaw huma wkoll jaħdmu bit-tafal f’esperjenzi prattiċi, waqt li jgawdu atmosfera vivaċi mimlija mużika u wirjiet kulturali.
L-avveniment se jinkludi wkoll spettaklu uniku minn artist internazzjonali taċ-ċeramika li se juri l-ħila tiegħu waqt li jkun qed isuq ir-rota, kif ukoll mużika tradizzjonali u żfin folkloristiku.
//= $special ?>