Il-Kumitat Sportiv u Soċjali tal-Bank of Valletta (BOVSSC) tella’ b’suċċess il-Boat Party annwali tiegħu. Dan l-avveniment saħħaħ l-impenn tal-Bank favur il-benesseri tal-impjegati. L-avveniment ferm mistenni laqqa’ madwar 150 impjegat tal-Bank abbord il-Hera II għal serata ddedikata għall-ispirtu tat-tim, in-networking u r-rilassament.
Id-dgħajsa telqet minn Tas-Sliema u baqgħet sejra lejn Fra Ben, f’San Pawl il-Baħar. Kienet serata kkaratterizzata minn ambjent akkoljenti fejn impjegati minn timijiet differenti setgħu jissoċjalizzaw lil hinn mill-post tax-xogħol. DJ Pierre Cordina ħa ħsieb id-divertiment li kien jinkludi mużika Taljana u mużika pop enerġetika.
Il-boat party hu biss wieħed mill-ħafna avvenimenti li l-Kumitat Sportiv u Soċjali tal-Bank jorganizza għall-impjegati. Dan l-avveniment ġie ftit ġimgħat wara l-Quiz Night li ra aktar minn 280 impjegat jingħaqdu flimkien biex ikomplu jrawmu l-kollaborazzjoni u sens qawwi ta’ appartenenza.
Ernest Agius, Chief Operations Officer u l-President tal-BOVSSC, saħaq dwar l-importanza ta’ inizjattivi bħal dawn fit-trawwim ta’ kultura pożittiva fuq il-post tax-xogħol. Huwa spjega: “Il-boat party annwali huwa aktar minn sempliċiment avveniment soċjali. Għalina din hija okkażjoni sabiex insaħħu r-relazzjonijiet bejn it-timijiet, nippromwovu l-benesseri tal-impjegati, u nsaħħu l-valuri kondiviżi tagħna bħala komunità. Il-parteċipazzjoni qawwija u r-rispons pożittiv li nirċievu jikkonfermaw il-valur ta’ dawn l-inizjattivi biex l-impjegati jibqgħu magħquda u motivati.”
Il-BOVSSC għandu rwol ewlieni fl-impenn tal-Bank lejn l-impjegati tiegħu. Dan billi joħloq spazji fejn il-kollegi jkunu jistgħu jibnu rabtiet personali u professjonali aktar b’saħħithom. Il-Bank jappoġġja l-benesseri tal-impjegati, filwaqt li jibqa’ jħares l-impenn tiegħu li jkun il-post tax-xogħol tal-għażla f’Malta.
//= $special ?>