Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30am, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza max-Xatt Ta’ Xbiex.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 38 sena min-Napal sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum, wara li aktarx ħabat rasu mal-blat u sofra xi ġrieħi.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>