Iċ-champions Maltin għandhom sfida iebsa biex javvanzaw għar-rawnd li jmiss fil-UEFA Champions League wara li ġejjien minn telfa ta’ 3-0 fit-Tony Bezzina Stadium kontra Dynamo Kiev. Fl-ewwel leg, il-Ħamruniżi sabuha diffiċli jlaħħqu mal-forza Ukrena f’kull aspett tal-logħba.
L-għan ta’ Ħamrun f’din il-partita huwa li jħalli marka u jikseb riżultat rispettabli, b’Ħamrun diġa jikkonfermaw ruħhom f’rawnd ieħor ta’ kwalifikazzjoni u logħob fl-Ewropa hekk kif se jilagħbu fil-kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, jekk ma javvanzawx minn dan ir-rawnd.
Il-partita tintlagħab għada fit-8:00pm, fil-Lublin Arena fil-Polonja, minħabba l-kunflitt li għaddej bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Ir-referee tal-partita se jkun Jakob A Sundberg mid-Danimarka.
Dynamo Kiev fl-ewwel leg kienu wisq b’saħħithom għal Maltin, hekk kif l-Ukreni kkontrollaw il-pussess tal-ballun matul il-partita kollha, tant kemm hu hekk li kellhom 61% tal-pussess, filwaqt li Ħamrun kellhom biss 39%.
Apparti minnhekk, Ħamrun ma kellhom l-ebda tentattiv lejn il-lasta ta’ Dynamo Kiev, hekk kif il-ħames xuttijiet li taw kienu kollha barra, filwaqt li Dynamo Kiev taw 12-il xut, b’6 jkunu lejn il-lasta u tlieta jitħlu ġewwa.

It-tim Ħamruniż flimkien mal-istaff tekniku siefer lejn il-Polonja l-Ħadd filgħodu (Ritratt: Joseph Galea)
//= $special ?>