Il-Funeral ta’ Noah ser isir il-Ħamis li ġej fis-Santwarju Ta’ Pinu.
Dan tħabbar minn Simon Mizzi, missier Noah, li miet fl-inċident li seħħ f’pool eżatt ġimgħa ilu.
Simon Mizzi appella biex min se jattendi ma jilbisx l-iswed. “Noah għalina hu ferħ, u l-Ħamis li ġej għalina rriduha tkun il-Festa ta’ ħajtu, mhux ta’ tmiemu.”
Il-funeral se jibda b’korteo mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fl-4:30pm biex imbagħad fil-5pm tibda l-quddiesa.
“Kulħadd mistieden — jekk tħossu li Noah messkom imma ma tafuhx, ejjew xorta, mhux se niddejqu — Noah kien jidħaq lil kulħadd u jkompli ma’ kulħadd. Noah jibqa’ għal dejjem f’qalbna.”
//= $special ?>