Mietu talanqas tliet persuni wara li ferrovija tal-passiġġieri qabżet il-linji b’kaġun ta’ ‘overflow’ qawwi tad-drenaġġ minn xaft qalb zona ta’ foresta …Dan waqt li l-ferrovija kienet qed tivvajġġa mil-limiti ta’ Riedlingen, viċin il-belt ta’ Stuttgart.
L-inċident – li fih weġġħu ukoll numru ta’ passiġġeri – kien imfisser bħala ‘uniku’ wara li d-drenaġġ laħaq far b’qawwa straordinarja u li kaġunat valanga tal-art ‘direttament’ għal fuq il-binarji għall-ferroviji fl-inħawi.
L-esperti qed jgħidu, intant, li t-traġedja x’aktarx li seħħet b’kaġun tal-ħalbiet kbar tax-xita li niżlet fl-inħawi matul il-ġimgħa li għaddiet.
Fl-aħħar sigħat kien ikkonfermat li s-sewwieq tal-ferrovija spiċċa fost il-vittmi li tilfu ħajjithom – bil-Kanċillier tal-Ġermanja, Friedrich Merz, jibgħat il-messaġġi ta’ simpatija lill-qraba tal-mejtin kif ukoll lill-midruba fl-inċident.
//= $special ?>