Kull emenda għal-liġi tal-ippjanar għandha tkun parti minn riforma ħolistika. U l-Gvern għandu jwaqqaf il-liġijiet li ressaq fil-Parlament sabiex jibda proċess serju ta’ konsultazzjoni.
Dan huwa l-appell b’saħħtu li wasslet il-Kamra tal-Kummerċ wara li l-Gvern qabad u ressaq liġijiet b’għaġla fil-Parlament, li se jbiddlu l-proċessi marbuta mal-ippjanar.
Intqal illi l-bidliet proposti huma perikolużi, għaliex se jagħtu lok għal aktar indħil politiku. Dan apparti li l-liġijiet proposti jimminaw il-kunċett tas-Saltna tad-Dritt, u jnaqqru l-parteċipazzjoni attiva tal-pubbliku u s-soċjetà ċivili.
Fi kliem il-Malta Chamber, hemm bżonn issir konsultazzjoni serja u trasparenti dwar dawn il-liġijiet.
Apparti minn hekk, jeħtieġ li din id-diskussjoni ssir fl-isfond tal-Viżjoni 2050 li qed titħejja għal pajjiżna.
//= $special ?>