Għawdex Lokali

Ir-raba’ bejta tal-fkieren fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra

Fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu, instabet is-sitt bejta tal-fkieren għal dan is-sajf – li hi r-raba’ waħda fil-Bajja tar-Ramla l-Ħamra, f’Għawdex.

Kmieni filgħodu, numru ta’ voluntieri tan-Nature Trust li kienu fil-post, lemħu lill-fekruna identifikata bħala Angela.

Minnufih, Uffiċjali tal-ERA u tan-Nature Trust ħadu ħsieb li jipproteġu din il-fekruna li bdiet tbejjet.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali l-Awtorita għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, appellat lin-nies sabiex jikkoperaw billi jżommu d-distanza u jevitaw li jużaw dawl artifiċjali fil-viċinanzi.