Lokali

Jassistu lil uffiċjal tal-LESA wara li skidja bil-mutur

Kmieni dalgħodu, uffiċjal tal-LESA li għandu 44 sena ittieħed l-Isptar wara li skidja bil-mutur tas-servizz fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:50am fi Triq Vjal Sir Paul Boffa.

Minnufih l-uffiċjal tal-LESA ingħata l-għajnuna minn tim mediku. Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.

Sorsi qed jindikaw li l-uffiċjal skidjafuq xi fuel li kien hemm fit-triq.

L-investigazzjonijiet minn naħa tal-Pulizija għaddejin.