It- triatleta internazzjonali ta’ Team Barry / Bike it up race Keith Galea kiseb l-ewwel post fil-kartegorija tiegħu fil-Garmin Triathlon 70.3 li saret Sycow fil-Polonja. It-tellieqa kienet Half Ironman li kienet tikkonsisti f’għawma ta’ 1.9 km 90 km ċikliżmu u 21 km ġirja. Wara jiem ta’ maltemp, fil-ġurnata ta’ kompetizzjoni it-temp kien ideali fejn Keith Galea ħareġ mill-ilma fit-tieni post fi 28.45 minuti.
Wara transizzjoni tajba, Galea beda is-sezzjoni taċ-ċikliżmu b’pass b’saħħtu iżda matul din is-sezzjoni ir-riħ għamel il-kompitu tat-tri atleti wieħed diffiċli. Galea iddeċieda li jkun konservattiv bil-mod kif qassam il-pass tiegħu għal bqija tal-kompetizzjoni. Minkejja dan xorta għamel ħin tajjeb meta għamel id-90 kilometru f’ 2 sagħtejn u 15 il-minuta b’veloċita’ medja ta’ 40 kilometru fis-siegħa sabiex daħal fit-transizzjoni fis-seba’ post.
Fit-taqsima tal-ġiri Keith Galea żamm pass kostanti fejn temm in-nofs maratona f’ 1 siegħa u 26 minuta biex temm fil-ħames post f’ 4 sigħat u 14 il-minuta. Fil girja Galea sab pass tajjeb u konsisteni fejn ghamel in nofs maratona f 1hr 26min biex spicca it tellieqa fil hames post f hin ta 4hrs 14mins. Riżultat li wassal biex Galea kiseb l-ewwel post fil-kategorija tiegħu.
Keith Galea kkummenta li jinsab sodisfatt bil-prestazzjoni tiegħu u sorpriż kif kien it-tieni li ħareġ mill-ilma u l-mod kif fit-taqsima tar-rota minkejja r-riħ qawwi li kien mill-ġenb li wassal biex wieħed jaħli aktar enerġija. Għamel riferenza li wieħed ikollu nutrizzjoni tajba f’tellieqa twila u preparazzjoni ideali kif kellu mat-terapista tiegħu Duncan Abdilla.
//= $special ?>