Fuq il-media soċjali, ġie ppubblikat l-aħħar ritratt ta’ Mildred Azzopardi qabel l-inċident traġiku tal-bieraħ li ħasdilha ħajjitha. Bit-tifla tagħha stess tikkonferma li hi kienet marret il-Belt biex tirrilassa, kif kienet tagħmel regolarment sa minn mindu kienet tifla.
Dan hekk kif kienu mijiet il-persuni li kitbu messaġġi mill-isbaħ biex ifakkru l-memorja ta’ din il-mara, li kienet omm u nanna maħbuba minn kulħadd.
Bintha, Janice Azzopardi tellgħet l-aħħar ritratt li bagħtitilha ommha lbieraħ. U qalet li ma kienx ħaqqha li titlef ħajjitha kif tilfitha. Il-vittma kellha erbat itfal.
//= $special ?>