Lokali Qorti

Ma kienitx “Social Worker” li għaddiet €100,000 lil raġel mixli bi frodi romantiku, imma anzjana

Ma kienitx “Social Worker” li għaddiet €100,000 lil raġel mixli bi scam romantiku u b’qerq fil-Qorti – kif ġie rrappurtat fuq dan is-sit bi żball il-ġimgħa l-oħra, iżda kienet mara anzjana li għaddietlu dawn il-flus. Is-“Social Worker” ma kienitx il-vittma f’dan il-każ ta’ scam, iżda l-allegata vittma ta’ dan kollu kienet mara ta’ 69 sena.

Kull ma għamlet is-“Social Worker” li dejjem kienet professjonali f’xogħolha, u kienet biss xhud fil-każ – kienet li sellfet €14,000 lil raġel li kienet qed tgħinu ‘jikseb ħajtu lura,’ Is-“Social Worker” irrakontat fil-Qorti kif kienet ikkuntattjat lill-Pulizija wara li qrat rapporti fil-media dwar kif Alexander Gialanze Whiteford, ta’ 47 sena, persuna li kienet assistiet għal madwar 25 sena u dan biex tgħinu minħabba l-professjoni tagħha.

Kienet il-mara anzjana li hija persuna oħra u mhux is-Social Worker li żviluppat relazzjoni romantika mal-akkużat u l-istess anzjana aġixxiet bħala garanti ta’ parti terza bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest tiegħu.

Ladarba Whiteford ingħata l-ħelsien mill-arrest, huwa ikkonvinċa lill-istess anzjana sabiex tagħtih €100,000 permezz ta’ att ta’ donazzjoni biex jibda negozju.