Lokali

Ma saritx konsultazzjoni pubblika minħabba “spekulazzjonijiet”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttiġieġ ikkonferma li ma saret l-ebda konsultazzjoni pubblika dwar il-liġijiet tal-ippjanar, bl-iskuża li beża’ mill-ispekulazzjonijiet.

Iżda b’kuntrast, il-Ministru Clint Camilleri iddikjara li l-konsultazzjoni saret qabel. U b’hekk kompla ħawwad l-imħuħ dwar il-mod li bih tfasslu dawn is-suppost “riformi”.

Waqt briefing għall-media fil-Ministeru t’Għawdex…Net News staqsa wkoll dwar Jeremy Camilleri – attivist laburista li esprima r-rabja u l-frustrazzjoni tiegħu lejn gvern li qed imur kontra ż-żgħir. Bi Clint Camilleri jispiċċa jidħak meta affaċjat b’din il-kritika.

Intant, fl-aħħar sigħat, il-Kamra tal-Kummerċ appellat biex il-Gvern iwaqqaf il-liġijiet li ressaq fil-Parlament… sabiex jibda proċess serju ta’ konsultazzjoni.

Il-Malta Chamber insistiet li l-bidliet proposti huma perikolużi, għaliex se jagħtu lok għal aktar indħil politiku. Dan apparti li l-liġijiet proposti jimminaw il-kunċett tas-Saltna tad-Dritt, u jnaqqru l-parteċipazzjoni attiva tal-pubbliku u s-soċjetà ċivili.