Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza se jerġa’ lura f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi bil-finali tant mistennija li ser tkun qed tospita 20 finalist li jikkompetu għat-trofew prestiġjuż ta’ din is-sena.
Il-preparamenti għall-konkors bdew kmieni din is-sena, u fis-sajf tnieda wkoll programm ġdid bl-isem IL-FINALISTI li qed jixxandar nhar ta’ Ħamis fit-20:30 fuq Net Television li qed isegwi l-vjaġġ tal-parteċipanti. Il-preżentatriċi Christine Haber qed tiltaqa’ mal-kantanti, kompożituri u awturi biex tagħti lill-pubbliku ħarsa aktar profonda lejn il-kreattività wara kull kanzunetta.
Din is-sena, il-finali ser tkun ippreżentata minn tliet ismijiet magħrufa: Eileen Montesin, Christine Haber u Dylon Brignano.
Il-Finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza se ssir nhar is-Sibt, 13 ta’ Settembru fit-8:30pm f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.
Biljetti – https://www.showshappening.com/mcc/KONKORS-KANZUNETTA-INDIPENDENZA-
//= $special ?>