Jisimha Mildred Azzopardi l-mara li mietet ilbieraħ fil-Belt wara li ntlaqtet minn karozza.
Sorsi qed jgħidu li l-mara ntlaqtet minn vettura li kienet ġejja minn naħa tal-Furjana.
Fil-ħin tal-impatt, il-vittma kienet għadha kif telgħet mill-baħar u kienet dieħla fil-karozza mar-raġel tagħha.
F’messaġġ fuq Facebook, oħt il-vittma, Frida Farrugia sellmet il-memorja t’oħtha fejn sostniet, “Aħna, ħutek se nibqgħu niftakruk għal dejjem, bħala xaqq ta’ dawl, gwida u sors ta’ mħabba. In-nuqqas tiegħek se jinħass minn kulħadd. Inħobbok għal dejjem għażiża oħti. Ħu ħsieb uliedek, ir-raġel tiegħek u n-neputijiet tiegħek.”
