“Aħna, ħutek se nibqgħu niftakruk għal dejjem, bħala sors ta’ dawl, gwida u imħabba. In-nuqqas tiegħek se jinħass minn kulħadd. Inħobbok għal dejjem għażiża oħti. Ħu ħsieb lil uliedek, ir-raġel u n-neputijiet tiegħek,”
Kien b’dan il-mod li Frida Farrugia sellmet il-memorja ta’ oħtha, Mildred Azzopardi. Il-mara, li tilfet ħajjitha il-Ħadd filgħaxija wara li spiċċat maqbuda bejn żewġ karozzi, f’Xatt il-Barriera, fil-Belt Valletta.
L-inċident seħħ propju ftit wara li l-mara kienet qed tistad mar-raġel tagħha.
//= $special ?>