Sport Sport Ieħor

Tadej Pogacar jirbaħ it-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Is-Sloven Tadej Pogacar huwa r-rebbieħ tal-112-il edizzjoni tat-Tour de France.

Dan wara li sar il-21 stadju fuq distanza ta’ 132.3 kilometri minn Mantes La Ville sa Champs Eysees fil-qalba ta’ Pariġi, bi tmiem taħt l-Arc de Triomphe. Fil-klassifika ġenerali wara li saru 21 stadju tat-Tour fl-ewwel post kif kien mistenni, baqa’ s-Sloven Tadej Pogacar għal UAE Team Emirates b’total ta’ 76 siegħa u 32 sekonda fejn rebaħ b’vantaġġ ta’ 4 minuti u 24 sekonda fuq Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Visma Lease a Bike u distakk ta’ 11-il minuta fuq il-Ġermaniż Florian Lipowitz għal Red Bull Bora Hans Groche .

Fir-raba’ post b’distakk ta’ 12-il minuta u 12-il sekonda tela’ l-Britanniku Oscar Onley għal Team Picnic Post. Is-suċċess ta’ Tadej Pogacar immatura fl-aħħar stadju li ntrebaħ minn Wout Van Aert tal-Belġju għal Team Visma Lease a Bike li temm fi 3 sigħat, 7 minuti u 30 sekonda fuq il-grupp li daħal 19-il sekonda wara. Fit-tieni post Davide Ballerini tal-Italja għal DS Astana Team, is-Sloven Matej Mohoric għal Bahrain Victorious u fir-raba’ post Tadej Pogacar – rebbieħ tat-Tour de France 2025.