Tikber il-pressjoni interna fuq Robert Abela sabiex ma jibqax iwebbes rasu, u jbiddel il-pożizzjoni tiegħu dwar il-liġi tal-ippjanar.
Wara l-President tal-Labour Alex Sciberras, wara l-attivist Jeremy Camilleri, u wara numru kbir ta’ esponenti fil-Labour li tkellmu fil-miftuħ kontra din il-mossa ta’ Robert Abela, issa ingħaqad magħhom anke d-deputat Laburista Edward Zammit Lewis.
Fuq Facebook, Zammit Lewis tkellem b’mod ċar ħafna li hemm bżonn konsultazzjoni serja sabiex ikun hemm liġi ġusta.
Id-deputat Laburista kiteb hekk:
“Naqbel ma’ Robert Abela lid-deċiżjonijet għandhom jittieħdu, hekk kif hu dejjem wettaq. Pero’ huwa ċar u għaqli li ż-żewg Abozzi imressqa dwar l-ippjanar ħaqqhom aktar approfondiment u konsultazzjoni wiesgħa sabiex jintlaħaq ekwlibriju ġust fost kulħadd.”
//= $special ?>