Lokali

Anke l-Kamra tal-Periti tappella għal konsultazzjoni vera qabel ir-riforma tal-liġi tal-ippjanar

Fi stqarrija maħruġa llum, anke l-Kamra tal-Periti appellat b’saħħa għal konsultazzjoni vera qabel tiġi ifformulata riforma tal-liġi tal-ippjanar.

Il-Periti insistew li hemm bżonn jinbeda proċess formali ta’ laqgħat mal-istakeholders, għaliex il-liġijiet tal-ippjanar huma antiki.

Huma rrikonoxxew ukoll il-fatt li issa l-Prim Ministru għamel u-turn, u mhux se jkun qed jgħaddi din il-liġi qabel jagħlaq il-Parlament għall-btajjel tas-sajf – u-turn li wasslet wara l-pressjoni kbira mill-PN u mill-attivisti.

Dwar l-abbozzi li ġew preżentati, il-Kamra tal-Periti qalet li hemm aspetti li huma qed joġġezzjonaw għalihom. Intqal ukoll li huma QATT ma ġew preżentati bl-emendi għad-Development Planning Act.