Il-familja taċ-ċkejken Noah, li ftit tal-jiem ilu tilef ħajtu f’pool privat f’Għawdex, qalu li waqt il-quddiesa tal-funeral tiegħu, li se jsir nhar il-Ħamis f’Ta’ Pinu Għawdex, minflok jingħataw fjuri, huma se jagħmlu ġabra għal Voice for Inclusion Gozo Association.
Huma għażlu din l-għaqda hekk kif hi ta’ għajnuna kbira għalihom bħala familja, kif ukoll għal diversi familji Għawdxin oħra.
Għal dawk li ma jistgħux jattendu l-funeral iżda jixtiequ jikkontribwixxu għal ġabra, il-familja qalet li se tkun qed tiġbor donazzjonijiet permezz ta’ Revolut fuq in-numbru 99609956.
