Lokali

“Il-Mediterranean Film Festival kien wisq eċċessiv” – Jason Micallef

Iċ-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, Jason Micallef, ikkritika bl-aħrax l-ispiża tal-Mediterranean Fim Festival u insista li, meta wieħed iħaddem il-fondi pubbliċi, “m’għandux id-dritt li jixtri dak kollu li jrid. Għax fl-aħħar mill-aħħar dawn huma l-fondi tal-poplu Malti u Għawdxi.”

F’intervista ma’ The Malta Independent on Sunday, Jason Micallef qal li għandek tkun responsabbli meta tuża l-flejjes pubbliċi għax dawn jittieħdu minn ħalq il-poplu Maltin u l-Għawdxin – f’botta diretta u ċara lejn il-Ministru Owen Bonnici.

Micallef enfasizza li l-proċeduri tal-procurement għandhom jiġu osservati, anki jekk huma proċessi burokratiċi. U tenna li l-spejjeż fil-film festival qabżu l-limitu… tant li dan l-iskandlu qajjem baraxx ta’ kritika mill-pubbliku.

Meta mistoqsi dwar il-ħidma ta’ Johann Grech, Micallef qal li l-festival li ħa ħsieb il-Kummissarju tal-Films huwa wisq ekstravaganti għal Malta

Hu żied jgħid li għandhom jittieħdu deċiżjonijiet aktar bil-għaqal u b’mod responsabbli mill-Gvern… ħalli l-pajjiż ma jispiċċax b’aktar telf minħabba deċiżjonijiet żbaljati. Anke hawn, botta oħra lejn il-Ministru Owen Bonnici – li ma tantx huwa fost il-favoriti tal-klikka estremista tal-Labour.