Lokali Parlament

Il-politika tal-kwantità qed tnaqqas mill-valur tal-persuna

Darren Carabott, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabottqal fil-parlament li l-politika tal-kwantità u l-importazzjoni tan-nies minn barra bl-eluf kbar qed tnaqqas mill-valur tal-persuna

Darren Carabott qal li barra minn Malta hemm NGOs li jaħdmu fvaur il-persuni vittmi tat-traffikar u sostna li pajjiżi Ewropej ilhom li bdew jindirizzawha. Malta għandha tanalizza x’sistemi li jintużaw barra minn Malta biex ikunu attwati f’Mata.

Hu qal li għal Malta, il-persuna għandha storja u mhijiex biss numru u sostna li Malta għandha tutilizza l-fatt li hi pajjiż żgħir. Tajjeb li l-liġjiet Maltin ikunu f’linja ma’ dawk Ewropej, sostna Darren Carabott, li kompla li l-infurzar hi għodda importanti.

Darren Carabott kompla li l-pajjiż m’għandux ibaxxi rasu għal dak li jgħidu pajjiżi oħra dwar is-sitwazzjoni f’Malta iżda l-gvern għandu jilqa’ l-kritika kostruttiva li ssir. Malta m’għandha tagħti l-ebda appoġġ lil traffikanti li jieħdu vantaġġ minn persuni. L-ebda vittma m’għandha tiġi abbużata f’pajjiżna, sostna Darren Carabott, li kompla li l-uffiċjali li jinfurzaw favur il-vittmi għandhom ikunu apprezzati.

Id-deputat Nazzjonalista kkritika l-immigrazzjoni legali fejn il-gvern adotta sistema li fiha l-valur tal-persuna qed jonqos għaliex qed issir enfasi biss fuq il-kwantità.