Il-Prim Ministru Britanniku Keir Starmer qal li r-Renju Unit għandu jirrikonoxxi lill-Istat tal-Palestina waqt il-laqgħa importanti li jmiss tan-Nazzjonijiet Uniti u li hi programmata għal Settembru.
Intant, l-affarijiet — min-naħa tal-Britanniċi — jistgħu jinbidlu f’każ li Iżrael jimpenja ruħu sew għal ċerti kundizzjonijiet.
Id-dikjarazzjoni ta’ Starmer ingħatat ġranet wara li l-President Franċiż. Emmanuel Macron, qal li se jirrikonoxxi lill-Istat tal-Palestina b’mod uffiċjali, waqt il-laqgħa ta’ Settembru.
Intant, Starmer qal li r-rikonoxximent ta’ pajjiżu (għall-Istat Palestinjan) għandu jseħħ dment li l-Gvern Iżraeljan ma jieħux il-passi deċiżivi biex itemm is-sitwazzjoni traġika f’Gaza. Ir-Renju Unit irid ukoll li Iżrael jimpenja ruħu għal waqfien mill-ġlied kif ukoll għal proċess għall-paċi fit-tul.
Illum, 139 pajjiż tad-dnja qed jirrikonoxxu formament lill-Istat tal-Palestina.
//= $special ?>