Claudette Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista qalet fil-Parlament li jeħtieġ infurzar qawwi tal-liġijiet kontra traffikar tal-persuni u l-abbużi tan-neis vulnerabbli f’Malta.
Claudette Buttigieg qalet li Malta tinsab ‘l isfel fil-kategoriji dwar it-traffikar ta’ nies f’Malta fosthom tfal u nisa. Hi kompliet li l-issue tal-massage parlours mhijiex tkun trattata u n-nisa qed jitħaddmu kontra l-volontà tagħhom iżda mhu jsir xejn. Il-gentleman’s clubs għandhom element ta’ traffikar intern billi s-sidien tal-clubs jiftehmu bejniethom biex ipartu n-nisa barranin.
Claudette Buttigieg kompliet li ħdejn l-open centres qed ikun hemm sfruttar ta’ nies barranin għal xogħlijiet f’Malta bi ħlas baxx. Għal ħafna nies Malta hi pajjiż li jieqfu fih biex wara jmorru f’pajjiż ieħor. Qed jiġri li ħafna nies qed jispiċċaw jibqgħu hawn bil-konsegwenza li qed jinħolqu fatturi diplomatiċi b’konsegwenzi.
Id-deputat Nazzjonalista trattat il-pjattaformi online u qalet li f’Malta hawn diversi forom ta’ sfruttament tal-persuni li jkunu nies f’sitwazzjoni ddisprati fosthom nisa vulnerabbli u immigranti. Il-ħtif tal-persuni hu wkoll realtà li ma tistax tkun injortata.
Hi kompliet li jeħtieġ liġijiet iktar b’saħħithom quddiem l-abbużi ta’ traffikar tal-persuni. Jirriżulta li s-sena li għaddiet l-Avukat Ġenerali fetħet kawżi kontra żewġ persuni biss dwar traffikar minn 16-il każ rappurtat.
//= $special ?>