Karmenu Muscat huwa r-raġel li tilef ħajtu wara li nqabad bejn karozza tal-linja u ħajt fil-Park and Ride tal-Furjana.
L-inċident seħħ it-Tlieta waranofsinhar għall-ħabta tas-1:45 meta għal xi raġuni x-xarabank mxiet waħedha bil-konsegwenza li r-raġel inqabad bejn ħajt u l-ġenb tal-istess xarabank.
Għaldaqstant f’post fuq il-midja soċjali l-Malta Public Transport qalet li Karmenu kien raġel dedikat lejn xogħlu u rispettat minn bosta għall-paċenzja u l-professjonaliżmu li wera. Qalet wkoll li huma lkoll jinsabu maħsuda bit-telfa tiegħu iżda ħalla legat kbir hekk kif kien għallem ħafna nies.
//= $special ?>