Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers, Josef Vella, jinsab diżappuntat bid-deċiżjoni li ħa l-Gvern hekk kif abbanduna l-pjanijiet għal sħubija obbligatorja f’union. U saħansitra naqas milli jiddiskuti din il-proposta fl-ebda forum.
Il-Gvern kien ilu jinjora l-proposta biex jintroduċi sħubija mandatorja f’union għal żmien twil. U fis-sena tal-elezzjoni – l-2022 – din il-proposta kienet imniżżla fil-manifest elettorali tal-Labour.
Mal-MaltaToday, Josef Vella spjega li issa, din l-idea donnha reġgħet waqgħet fuq widnejn torox, hekk kif is-Segretarju Parlamentari, Andy Ellul, qed jinsisti li l-Gvern kien ħa parir legali kontra sħubija obligatorja.
Mal-istess gazzetta, Josef Vella sostna li dan “mhuwiex djalogu soċjali.”
Waqt l-intervista, Josef Vella sostna li jaċċetta dak li ħabbar il-Gvern li jrid jirriforma t-Tribunal Industrijali iżda fl-istess waqt jibża’ li l-istess riforma “se twassal għal diżappunt ieħor.”
//= $special ?>