It-tim nazzjonali Ngliż tan-nisa, llum iċċelebra flimkien mal-poplu kollu r-rebħ tat-tieni Kampjonat Ewropew konsekutiv meta quddiem il-Queen Victoria Memorial f’Buckingham Palace saret iċ-ċelebrazzjoni fejn fiha attendew aktar minn 65,000 partitarju.

Il-captain Leah Williamson qalet li din kienet xi ħaġa li qatt ma seħħet bħala qabel. Hi sostniet li dan it-tim qed jikteb l-istorja ma’ kull pass li jagħmel.
It-tournament internazzjonali li jmiss għat-tim tan-nisa tal-Ingilterra hija t-Tazza tad-Dinja fl-2027.
//= $special ?>