Raġel ta’ 63 sena residenti n-Naxxar, tilef ħajtu f’inċident li seħħ fil-Park & Ride, il-Furjana.
Il-każ jidher li seħħ għall-ħabta tas-13:45hrs.
Fil-post waslu Pulizija, ambulanza kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili, u minn stħarriġ preliminari rriżulta li xarabank tal-għamla Mercedes Citaro, għal xi raġuni mexa waħdu, bil-konsegwenza li r-raġel inqabad bejn ħajt u l-ġenb tal-istess xarabank.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, iżda miet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Joe Mifsud kien infurmat b’dan l-inċident u ħatar numru ta’ esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizjia, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.
