Sport Sport Ieħor

Tadej Pogacar se jitlef La Vuelta sabiex jiffoka fuq il-Kampjonati tad-Dinja

(Ritratt: EPA)

Wara li rebaħ it-Tour de France, Tadej Pogacar se jitlef La Vuelta li se jsir ix-xahar id-dieħel sabiex jiffoka fuq il-Kampjonati tad-Dinja.

Pogacar rebaħ ir-raba’ Tour de France sabiex kompla jistabbilixxi d-dominanza tiegħu. Iċ-ċiklist ta’ 26 sena rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Kampjonati tad-Dinja tas-sena li għaddiet u f’Settembru se jkun qed jittama li jerġa jagħmel dan fir-Rwanda.

Iċ-ċiklist ta’ UAE Team Emirates-XRG se jkun qed jirritorna f’nofs Settembru sabiex jikkompeti fi tlielaq fi Quebec u Montreal.

Il-Kampjonati tad-Dinja se jkun qed isiru għall-ewwel darba fl-Afrika fil-belt kapitali tar-Rwanda Kigali bejn l-21 u t-28 ta’ Settembru.