Ġie konfermat li fl-aħħar sigħat faqqset l-ewwel bejta tal-fkieren li nstabet dan is-sajf fil-Ġnejna. B’26 fekruna jidhru ħerġin minn din il-bejta.
Din il-bejta kienet instabet fid-9 ta’ Ġunju u kienet qed tiġi protetta minn Nature Trust Malta u mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.
Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, huma qalu li peress li bħalissa huwa l-istaġun li dawn il-bejtiet jibdew ifaqqsu, fakkru lil kull min iżur il-bajjiet biex jieħu ħsieb il-bejtiet u jirrispetta r-regoli tas-siti.
Id-dwal u l-istorbju għandhom jinżammu baxxi ħdejn iz-zona ta’ kull bejta.
B’kollox, f’dan l-istaġun, kellna 6 bejtiet tal-fkieren f’pajjiżna.