Futbol Sport

Tintemm l-avventura ta’ Ħamrun Spartans fil-UEFA Champions League

(Ritratt: Joseph Galea)

Dynamo Kyiv…………………..3 (6)

Ħamrun Spartans…………..0 (0)

Dynamo Kyiv: R. Nescheret, O. Karavaev (O. Tymchyk 73′), K. Bilovar, T. Mykhavko, K. Vivcharenko, M. Shaparenko, V. Brazhko, O. Pikhalyonok (O. Yatsyk 73′), V. Kabaev (V. Supryaga 46′), V. Vanat (M. Ponomarenko 46′), N. Voloshyn (M. Bragaru 81′)

Ħamrun Spartans: H. Bonello, R. Compri, O. Bjelicic, V. Polito, R. Camenzuli (N. Micallef 46′), J. Mbong (S. Thioune 86′), J. Cadenovic, M. Garcia (E. Eder 46′), R. Mihana (E. Marcelina 46′), D. Simkus, N. Koffi (J. Djile 71′)

Referee: J. Sundberg (Danimarka)

Tiġi fi tmiemha l-avventura ta’ Ħamrun Spartans fil-UEFA Champions League hekk kif fit-tieni leg li ntlagħab fil-Polonja, tilfu bl-iskor ta’ 3-0 kontra Dynamo Kyiv biex b’hekk tilfu bl-iskor ta’ 6-0 bl-aggregate.

L-ewwel leg ikkundizzjona xi ftit l-andament tal-partita hekk kif Dyanmo Kyiv kienu diġà fil-vantaġġ bl-iskor ta’ 3-0. It-tim mill-Ukrajna mar fil-vantaġġ wara 28 minuta permezz ta’ Vladyslav Vanat. Dynamo Kyiv skorjaw it-tieni gowl fil-35 minuta permezz ta’ Volodymyr Brazhko.

It-tim ta’ Dynamo Kyiv komplew ikabbru l-iskor fit-tieni taqsima u kien fil-81 minuta li għamlu l-iskor 3-0 permezz ta’ Taras Mykhavko.

Minkejja dan, it-tamiet ta’ Ħamrun Spartans li jikkwalifikaw għall-gruppi ta’ kompetizzjonijiet Ewropej xorta waħda għadu ħaj hekk kif issa se jilagħbu fl-Europa League kontra Maccabi Tel Aviv ta’ Iżrael jew Paphos ta’ Ċipru.