Lokali

Żagħżugħ se jitressaq akkużat bi qtil involontarju wara l-inċident f’Ta’ Liesse

Net News jinsab infurmat li fis-sigħat li ġejjin se jitressaq il-Qorti l-persuna li kien qed isuq il-karozza fl-inċident li fih mietet Mildred Farrugia f’Ta’ Liesse.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena mistenni jkun akkużat bi qtil involontarju.

L-akkużat huwa minn Raħal Ġdid, u mhux eskluż li kien taħt l-effett tal-alkoħol.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.