Ġappuniżi ġew evakwati miz-zoni ta’ mal-kosta wara li terremot qawwi laqat in-naħa tal-Lvant tar-Russja.
Dan qed jitqies bħala wieħed mill-aktar terremoti qawwija li laqat ir-Russja fl-aħħar snin, u li mmarka 8.8 fuq l-Iskala Richter.
Il-Malti Damian Busuttil, li ilu jgħix il-Ġappun numru ta’ snin, qal li huma jinsabu qawwijin u sħaħ, u ma ġewx milquta.
Il-Ġappun ordna l-evakwazzjoni ta’ 1.9 miljun ċittadin.
