Rapporti żvelaw li Bank of Georgia wera interess li jakkwista l-bank HSBC f’pajjiżna.
Dan hu tieni bank f’temp ta’ ġimgħa li wera interess, dan hekk kif matul il-ġimgħa li għaddiet il-bank Armen bl-isem Ardshinbank ukoll esprima interess. Dan filwaqt li qalu li jinsabu fiduċjużi li l-offerta tagħhom se tiġi aċċetta għaliex kienu ffinalizzaw l-akkwist tal-HSBC fl-Armenja, f’Novembru li għadda.
Però jidher li diġà ntwera tħassib dwar Bank of Georgia hekk kif għandhom rabta mal-Belarus b’numru ta’ sorsi qegħdin jgħidu li l-ebda offerta mhu se tiġi aċċettata. Dan apparti li jidher li l-offerta ta’ Bank of Georgia hija ferm baxxa minn dik li qed jitlob l-HSBC.
//= $special ?>