Bayern Munich ħabbru uffiċjalment l-akkwist ta’ Luis Diaz mingħand Liverpool għas-somma ta’ 65.5 miljun lira sterlina. Il-plejer internazzjonali Kolombjan iffirma kuntratt ta’ erba’ snin maċ-champions Ġermaniżi biex temm it-tliet snin tiegħu f’Anfield.
L-attakkant ta’ 28 sena tħalla barra mill-iskwadra li lagħbet kontra AC Milan nhar is-Sibt li għadda, fid-dawl tal-inċertezza li kien hemm dwar il-futur tiegħu mal-club. Wara li l-ewwel offerta ta’ 58.6 miljun sterlina ma kinitx milqugħa, Liverpool aċċettaw it-tieni offerta u taw il-permess lil Diaz li jagħmel it-testijiet preparatorji sabiex jissieħeb mal-club Ġermaniż.
Il-winger Kolombjan iħalli lil Liverpool bħala rebbieħ tal-Premier League, fejn rebaħ erba’ unuri mal-club. F’post fuq il-midja soċjali Diaz qal li kien żmien memorabbli ħafna li qatta’ f’Merseyside u kien se jħalli lill-club fi żmien perfett, li ma kienx għall-mewt tal-plejer Diogo Jota, li ħalliet impatt kbir fuq il-plejers u l-istaff ta’ Liverpool.
Diaz issieħeb lil Liverpool mingħand Porto għas-somma ta’ 37 miljun lira sterlina f’Jannar tal-2022, fejn skorja 41 gowl f’148 dehra tiegħu mal-club. Hu rebaħ l-FA Cup u l-EFL Cup fl-ewwel staġun tiegħu mar-Reds, filwaqt li kien parti mit-tim li tilef il-finali tal-UEFA Champions League kontra Real Madrid, fl-2022.
//= $special ?>