BREAKING NEWS Lokali

Carmelo Ciantar hu l-anzjan li qed ikun interrogat mill-Pulizija b’rabta mad-delitt doppju fiz-zona tal-Kunċizzjoni

Tinstab l-arma li intużat f'dan il-qtil doppju

Jismu Carmelo Ciantar ir-raġel ta’ 72 sena li qed ikun interrogat mill-Pulizija bħala s-suspettat ewlieni b’rabta mad-delitt doppju li seħħ fir-Rabat ilbieraħ – preċiżament fiz-zona magħrufa bħala tal-Kunċizzjoni.

Ciantar, magħruf bil-laqam ‘Id-Durga’, kien arrestat viċin il-kumpless PAMA sagħtejn wara li seħħet l-isparatura fl-għelieqi tal-Kunċizzjoni.

L-anzjan kien ħarab mill-post tad-delitt b’vann, u twaqqaf mill-Pulizija wara tfittxija estensiva li kienet għaddejja għalih.

Jirriżulta wkoll li l-arma li ntużat fid-delitt instabet fil-vann tal-allegat qattiel. Dan filwaqt li hu, matul il-lejl, ittieħed l-isptar.