Illum, sar magħruf li l-aħħar tislima lil Dennis Mifsud – wieħed mill-vittmi tal-isparatura tar-Rabat – se tingħata nhar il-Ġimgħa li ġej fil-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi, fit-3:30pm.
Kien Net News li t-Tlieta żvela li l-vittmi huma t-tifel tas-siebħa tal-anzjan li spara u r-raġel tat-tifla tagħha. Il-familja għandha l-għelieqi biswit din il-kappella u jidher li l-qtil huwa eskalazzjoni ta’ battibekk jaħraq f’din il-familja.
Il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud qed imexxi inkjesta dwar dan id-delitt doppju – li huwa t-tieni każ ta’ omiċidju din is-sena.
//= $special ?>