It-tfal ta’ Mildred Azzopardi ħabbru li l-funeral ta’ ommhom se jsir is-sibt fid-9:15am fil-parroċċa ta’ San Publiju, fil-Furjana.
Il-familja qed tappella lin-nies biex ma jilbsux iswed.
“Jekk tistgħu ilbqu l-ilwied oranġjo jew turquoise – il-kuluri favoriti tagħha”, qalet Amy Azzopardi fuq il-media soċjali.
Mildred Azzopardi hija l-mara li inqatlet fl-inċident ikrah li seħħ il-Ħadd filgħaxija fiz-zona Ta’ Liesse.
B’rabta ma’ dan il-każ tressaq il-Qorti Benjamin Chetcuti, li qed jiġi akkużat bi qtil involontarju.
